Awstrijak ta’ 29 sena nstab ħati li waqt li kien fis-sakra, daħal ikisser ġo ħanut tal-fast food f’San Ġiljan, hekk kif ħaseb li l-ħanut kien miftuħ.
Wara, l-imputat hedded żewġ uffiċjali tal-Pulizija u kiser il-paċi pubblika.
Il-Qorti mmexxijja mill-Maġistrat Doreen Clarke tatu l-libertà kkundizzjonata għal sena u weħel multa ta’ mitt ewro hekk kif kien bla maskra.