Malti ta’ 27 sena ġie ddikjarat mhux ħati tat-traffikar tal-kokaina wara li l-Qorti osservat li s-sustanza qatt ma ġiet ikkonfermata bħala droga kif ukoll li d-dikjarazzjoni inizjali tal-akkużat lill-Pulizija kienet inammissibbli.
Amor Mouldi, minn San Ġiljan, flimkien ma’ raġel ieħor,ġie mwaqqaf u mfittex mill-Pulizija fl-24 ta’ Diċembru 2008 waqt li kien mixi f’Paceville.
L-uffiċjali skoprew li r-raġel l-ieħor kien qed iġorr żewġ qratas ta’ trab abjad, suspettati kokaina. Dan qal lill-uffiċjali tal-Pulizija li Mouldi kien tah il-kokaina, u dan wassal biex l-irġiel jiġu arrestati.
Waqt li kien arrestat Mouldi ta’ dikjarazzjoni lill-pulizija mingħajr ma kien assistit minn avukat f’xi stadju.
Fl-2014, sitt snin wara l-arrest tiegħu, Mouldi ġie akkużat bit-traffikar u l-pussess tal-kokaina.
Meta bdew il-proċeduri fil-Qorti, ħareġ li l-prosekuzzjoni kienet naqset milli tinnotifika lill-akkużat bid-data tas-seduta.
L-Prosekuzzjoni naqset ukoll mill-tħarrek lill-raġel l-ieħor biex jixhed.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ħelset lill-Mouldi u qalet li d-dikjarazzjoni tiegħu kienet inammissibbli fid-dawl tal-emendi l-aktar reċenti fil-liġi, li jeħtieġu lil dawk suspettati jkunu megħjuna minn avukat kull meta jiġu mistoqsija mill-pulizija. Qalet ukoll li punt ieħor kien li s-sustanza qatt ma ġiet eżaminata.
Huwa ġie liberat ukoll mill-akkuża ta’ pussess tad-droga, minħabba li din l-akkuża kienet preskritta bil-perjodu ta’ ħames snin.