Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li minkejja n-numru ta’ stqarrijiet u l-istqarrija tal-Ministru fil-Parlament ilbieraħ, it-Times of Malta, iddeċidiet li tippubblika artiklu deskritt mill-Ministru bħala malafamanti u b’informazzjoni falza fil-konfront tiegħu.
Intqal li l-Oppożizzjoni kompliet bil-kampanja ta’ ħmieg u tfigħ ta’ tajn f’konferenza stampa aktar kmieni llum bl-intenzjoni li tkisser ir-reputazzjoni tal-Ministru Bartolo. Abbażi ta’ dan il-Ministru Bartolo ddikjara li m’għandu l-ebda triq ħlief li jipproċedi legalment b’libell fil-konfront tat-Times of Malta, Beppe Fenech Adami u Ivan Bartolo.