Iċ-chief of staff tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fetaħ libell ieħor lil The Malta Independent. Qal li minkejja li lbieraħ ċahad rapport fl-Independent li talab li jkun ikkoreġut dan baqa’ ma sarx b’The Malta Indepdenet tippersisti fl-iżball.
“Għalhekk tajt struzzjoni lill-avukati tiegħi biex jibdew proċeduri ta’ libell kontra l-Independent u l-edituri tagħha,” iddikjara Schembri.
Żied li dan kollu huwa attentat malinn biex issirlu l-ħsara. Iċ-ċaħdiet tal-bieraħ jidhru hawn taħt.