Għal darb’oħra Daphne Caruana Galizia għażlet li tirrikorri għall-gideb. Fi stqarrija ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri qal li qatt ma’ kellu xi forma ta’ relazzjoni kummerċjali ma’ Al Sahra FZCO, Leyla Aliyeva, il-familja Aliyev, kwalunkwe persuna mill-Ażerbajġan jew inkella b’interessi fl-Ażerbajġan.
Kif intqal diversi drabi, Tillgat Inc qatt ma kellha kont bankarju x’imkien fid-dinja, qatt ma’ għamlet negozjati, irċeviet fondi, jew daħlet f’relazzjoni kummerċjali. Il-kumpanija kienet awditjata bir-reqqa u dan kollu kien ikkonfermat minn awdituri internazzjonali.
Fid-dawl tal-libelli u l-gideb persistenti fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia, se jieħu passi ta’ libell mill-ġdid, u mill-ġdid se jintalab li jinstemgħu b’urġenza.
AĠĠORNATA
Il-Ministru Konrad Mizzi fi stqarrija wkoll irrefera għall-allegazzjonijiet li għamlet Daphne Caruana Galiia, fejn allegat li kumpanija ta’ Leyla Aliyeva ittrasferixxiet ammonti kbar ta’ flus, deskritti bħala ‘loan payments’ lil Hearnvill Inc u kumpaniji oħra. Għal darb’oħra intqal li huma allegazzjonijiet foloz u li ebda somma flus m’għaddiet lil Hearnville. Ebda flus mill-Ażerbajġan m’għaddew lill-Ministru Mizzi jew xi membru mill-familja tiegħu. Lanqas għandhom relazzjoni ma’ Ilham Aliyev jew il-familja tiegħu. Il-Ministru Mizzi qal li ħa passi ta’ libell kontra Caruana Galizia fil-konfront ta’ dawn l-aħħar allegazzjonjiet, u wkoll se jitlob li l-Qorti tisma’ l-każ b’urġenza.