Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona preżenta libell fil-konfront tal-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista In-Nazzjon u fil-konfront tar-reporter Mario Frendo għal artiklu “malafamanti” ppublikat nhar is-Sibt 4 ta’ Frar 2017.
Fi stqarrija ntqal li f’dan il-libell u f’oħrajn li se jitressqu fil-konfront tal-media Nazzjonalista, il-Ministru Cardona mhux se jkun qiegħed jeżerċita d-dritt legali li jikkawtela l-interessi tiegħu permezz ta’ mandatt ta’ sekwestru, dan b’differenza għal-libelli li tressqu fil-konfront tal-blogger Daphne Caruana Galizia.
Il-Ministru Cardona jisħaq mill-ġdid li ħadd ma għandu juża l-professjoni ġurnalistika serja biex jgħid li jrid u jkasbar bi ħdura u b’gideb lil kwalunkwe persuna, kemm fil-ħajja pubblika u anke barra minnha.