Il-kantant ta’ One Direction Liam Payne li miet f’Ottubru li għadda fl-Arġentina fl-età ta’ 31 sena, ma kellux testment minkejja li kellu fortuna ta’ aktar minn £24 miljun fi flus, proprjetà u oġġetti ta’ valur.
Dan ifisser li l-eredi ta’ dan il-ġid kollu huwa ibnu Bear ta’ 8 snin, l-unika wild tiegħu mill-eks kantanta ta’ Girls Aloud, Cheryl. Għalkemm kellu relazzjoni magħha għal aktar minn sentejn, però qatt ma kienu miżżewġa.
Cheryl, flimkien mal-avukat tal-industrija tal-mużika Richard Bray ġew appuntati bħala l-amministraturi tal-estate tiegħu fejn għalkemm se jkunu qed jimmaniġġjaw il-flus, l-awtorità tagħhom hija waħda limitata u ma jistgħu jqassmu xejn.