Liam Delicata u Emma Montebello rebħu l-Open ta’ Malta tat-Tennis li ntemm fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fil-Marsa.
Għal Delicata din kienet l-ewwel darba li rebaħ dan l-unur u jfisser li t-titlu mar għand plejer ġdid wara li Matthew Asciak kien ilu jirbaħ l-istess titlu għal 18-il sena konsekuttiva.
Fil-finali tal-kategorija tal-irġiel, Delicata għeleb lil Bas De Laat bl-iskor ta’ 6-0, 6-0.
Suċċess doppju għal Delicata hekk kif rebaħ ukoll il-kategorija tad-doppji. Flimkien ma’ Marcus Delicata huwa għeleb l-isfida ta’ Mark Gatt u Benjamin Farrugia bi skor ta’ 6-0, 6-2.
Intant fil-finali tan-Nisa, Emma Montebello għelbet lil Carla Baldacchino bi skor ta’ 6-0, 6-1.
Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni lir-rebbieħa u finalisti mill-president tal-Federazzjoni Tennis Dr David Farrugia Sacco flimkien maċ-chairman tal-Marsa Sports Club Tennis Section Anthony Mifsud.
L-Open ta’ Malta ilu jsir mill-1967 u dak-in nhar l-ewwel rebbieħ kien Eddie Delicata li jiġi n-nannu tar-rebbieħ ta’ din is-sena Liam Delicata.
Liam Delicata
Emma Montebello
Liam u Marcus Delicata