Iż-żagħżugħ Liam Debono, li jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri, reġa’ lura l-Qorti mixli b’att ta’ serqiet minn vetturi.
Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih b’rabta ma’ serq ta’ żewġ vetturi u mutur, u li dan saħansitra saq u żamm dawn l-istess vetturi. Sostna ukoll li mhux ħati li saq mingħajr liċenzja jew assikurazzjoni xierqa.
Debono jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-kuntistabbli Simon Schembri, u li pprova jbigħ oġġetti misruqa li xtara.
Id-difiża ma talbitx ħelsien mill-arrest minħabba proċeduri oħra li għandu l-akkużat, iżda sostniet li l-imputat qed jikkopera mal-għajnuna li qed jingħata.
Intant, ir-rapport mill-uffiċjal li qed jagħtih l-għajnuna mistenni jkun ippreżentat fil-Qorti.