Liam Debono, iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil tal-Pulizija Simon Schembri f’nofs Mejju li għadda, qiegħed jiġi rikoverat l-isptar Mater Dei wara li allegatament qala’ xebgħa kbira minn grupp ta’ persuni.
Il-każ allegatament seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart fiż-żona industrijali ta’ Ħal Luqa wara li Debono kien għadu kif ħareġ mill-post tax-xogħol tiegħu.
one.com.mt jinsab informat li Liam safa fil-mira ta’ grupp ta’ persuni u ġarrab bosta ġrieħi f’wiċċu u f’diversi partijiet oħra ta’ ġismu.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei mill-imgħallem tiegħu li sabu mixħut għal tulu fl-art.
Sors qrib il-Pulizija kkonfemaw ma’ ONE News li l-Pulizija mistennija televa filmati minn kameras tas-sigurtà miż-żona fejn allegatament seħħet l-aggressjoni.
L-istess sorsi qalu li Debono ma jafx min huma l-irġiel li aggredewh. S’issa għad mhux magħruf l-anqas ir-raġuni wara dan l-attakk.