Liam Debono, ż-żgħażugħ li tliet snin ilu allegatament saq fuq Pulizija tat-traffiku u kaxkru tul Triq Ħal-Qormi taħt il-karozza li kien qed isuq fetaħ rikors kostituzzjonali li fih iddikjara li nkisirlu d-dritt tiegħu għal smigħ ġust u imbagħad talab li jingħata danni morali.Debono, bħalissa jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil tal-eks kuntistabbli Simon Schembri fejn ikkawżalu diżabbiltà ta’ 66%.
Bħalissa Debono, li llum jgħodd għoxrin sena qed jiskonta sentenza ta’ ħames snin ħabs effettivi wara li l-Pulizija kienet qabditu jsuq waqt li kien fuq ħelisen mill-arrest fil-każ ta’ Schembri.
Fir-rikors, id-difiża mmexxija qed targumenta li ż-żgħażugħ kien soġġett għal attakk qawwi mill-midja li dwaru tkellmu kemm il-ġurnalisti u nies fuq il-midja soċjali. L-avukat Joe Brincat sostna li huwa importanti li l-ġurati ma jkunux influwenzati b’mod negattiv minn dak li jkunu qraw u semgħu fil-midja.