Hemm iktar minn 550 ruħ il-ħabs, għalhekk id-direttur Paul Debattista jsejjaħlu “villaġġ żgħir”.
Hemm minn kollox: nutara, avukati, qassis, nies inqas imlaħħqa, u membri mill-istess familja. Mistoqsi jsemmi waħda mill-aktar affarijiet li ttih xogħol, oħroġ il-għaġeb semma l-ikel, għaliex kien hemm nuqqasijiet kbar fl-infrastuttura tal-kċina, u l-istandard tal-iġene.
Problemi oħra smajna bihom – bħad-droga. Hemm ħafna modi kif id-droga tista’ tispiċċa wara l-ħitan tal-ħabs għall-konsum tal-priġunieri.
Ġieli d-droga tinstab fil-ħabs u ġieli nstabet waqt li qiegħda tiddaħħal fil-ħabs. Mill-2009 żdiedu b’erba’ darbiet iktar it- testijiet fuq il-priġunieri. Fl-2015, it-testijiet tal-urina telgħu għal madwar 1,900 test fis-sena u fl-2016 diġa saru aktar minn 1,145 test.
Segwi l-intervista sħiħa hawn: