Minkejja li lbieraħ l-istar candidate l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, Salvu Mallia sejjaħ lill-Prim Ministru “l-ikbar traġedja li laqtet lil Malta mill-pesta ‘l hawn”, Simon Busuttil baqa’ b’fommu mitbuq.
Qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija, filwaqt li nnota li dan kollu jirrifletti mhux biss politika ta’ mibgħeda li treġġa’ l-arloġġ lura, iżda bitterness u negattività li jwasslu biss għal firda. Dawn l-esaġerazzjonijiet mhuwiex posthom fil-politika.
Il-moviment li vvota għall-Gvern preżenti u għal Joseph Muscat bħala Prim Ministru se jkompli jaħdem biex jibqa’ jgħaqqad il-pajjiż u jibqa’ jżomm il-pajjiż miexi ‘l quddiem fid-direzzjoni t-tajba.
Il-Partit temm jgħid li dak li qal Salvu Mallia huwa riflessjoni ta’ dak li jemmen Simon Busuttil, riflessjoni ta’ kemm l-istess Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista huma maqtugħin mir-realtà.