“Li m’għamilx ħaddiehor f’25 sena, għamilnih aħna. Iktar trasparenza fl-għazla ta’ Imhallfin u Maġistrati”.
Kliem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, meta fuq il-mezzi soċjali ppublika filmat dwar ir-riforma fil-proċess ta’ ħatriet tal-ġudikanti. Iktar kmieni din is-sena pajjiżna kellu l-ikbar riforma kostituzzjonali f’dawn l-aħħar 30 sena.
Issa hemm aktar trasparenza – l-għażla tal-ġudikanti hija f’idejn il-kabinett. Minflok, ġie ifformat sotto-kumitat fi ħdan il-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Biex tkun taf dwaru u kif jaħdem, segwi l-filmat hawn taħt.