Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista qalet li id-diskors tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħquda llum kien wieħed b’saħħtu u importanti. Ħasra li għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, Malta ma kelliex tkun preżenti f’din l-okkażjoni. Dan wara li fl-aħħar jiem kritika l-preżenza tal-Prim Ministru fl-Istati Uniti minħabba l-ġimgħa li nzertat ħabtet mal-festi tal-Indipendenza.
L-istqarrija kompliet tgħid li suppost Delia jaf li hija l-organizazzjoni internazzjonali li tiskeda d-dati tal-assemblea li tlaqqa’ l-mexxejja minn madwar id-dinja kollha.
Huwa fl-interess ta’ Malta, li bħala stat indipendenti, tieħu sehem u twassal il-viżjoni tagħha, temmet tghid din l-istqarrija.