Il-festa tas-Sette Giugno mmarkat ir-rilaxx ta’ aktar miżuri b’rabta mal-pandemija. Waħda minn dawn kienet il-ftuħ mill-ġdid tal-bars wara diversi xhur magħluqin.
Fil-mekka tad-divertiment f’pajjiżna, f’Paceville, spikka sentiment ta’ ottimiżmu u entużjażmu fost il-ħaddiema u s-sidien tal-istabbilimenti li t-Tnejn irritornaw għax-xogħol. Dawk li tkellimna magħhom qalulna:
- “Obviously we’re happy that we’re going back to work. For me personally it’s been a year and a half that I haven’t been working so we’re hoping that something will turn out good this summer.
- I’m very excited because we’ve been closed for seven months and we’re really looking forward to go back to normality and that we’re finally able to see everybody so full of enthusiasm. We really cannot wait to see how things will enroll now. ”
Is-sidien u l-ħaddiema li tkellmu magħna rrimarkaw ukoll l-għajnuniet tal-Gvern biex żammu n-negozji fuq saqajhom.
Ħaddiema ta’ bar partikolari sostniet kif li kieku ma kienx għall-Wage Supplement, disgħin fil-mija tal-ħaddiema tilfu xogħolhom.
Qalet li kieku l-Gvern ma għenx fil-ħlas tal-pagi, kienu jkollhom jibdew mill-bidu: “Sure, if we didn’t have the wage supplement, we would lose 90% of the staff so the supplement actually kept them in Malta. It was enough to pay the rents and survive these months. If we didn’t recieve it we would have had to start from scratch.”
F’San Ġiljan spikkat ukoll ix-xena ta’ nies li ħadu vantaġġ minn festa nazzjonali u ħarġu jiddevertu. Dawk li tkellimna magħhom qalulna:
- “Tajjeb ħafna hux li fl-aħħar eventwalment jalla jibqa’ jiftaħ u mhux jiġri bħal ma ġara s-sena l-oħra fejn reġgħu baqgħu magħluqin. Jalla issa nerġgħu lura għan-normalità kompluta.
- Tajjeb hux issa nistgħu nerġgħu noħorġu mid-dar għax ilna disa’ xhur ġewwa. Inħossni tajjeb, fil-fatt ġejna noħorġu daqsxejn mal-ħbieb.”
Il-ftuħ tal-bars kien fost miżuri oħra li ġew rilaxxati mis-sebgħa ta’ Ġunju.
Dan ix-xahar ukoll mistennija jitneħħew numru ta’ miżuri oħra bħala parti minn pjan għaqli u meqjus tal-Gvern, fosthom se jerġgħu jiftħu l-iskejjel tas-sajf mit-tmienja u għoxrin ta’ Ġunju.