Il-Kumpanija LG Electronics qed tagħlaq in-negozju tagħha tat-telefonija ċellulari u b’hekk mhux se tibqa’ tipproduċi smartphones.
Il-ġganti tat-teknoloġija bbażati fil-Korea t’Isfel ħabbru li kienu se jieqfu jagħmlu it-telefons ċellulari wara snin ta’ telf.
Fi stqarrija l-kumpanija saħqet li deċiżjoni strateġika li toħroġ minn dan is-settur se tippermetti lill-kumpanija biex tiffoka fuq fid-diversi riżorsi li l-istess kumpanija toffri.
In-negozju tal-ismartphone huwa l-iżgħar mill-ħames dipartiment ta’ LG u jammonta għal 7.4% biss tad-dħul tal-kumpanija.