Għat-tielet sena konsekuttiva, l-English Speaking Union organizzat numru ta’ lezzjonijiet ta’ public speaking b’xejn lit-tfal u lill-adoloxxenti Għawdxin.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana faħħret din l-inizjattiva u fakkret li wliedna, sa minn età bikrija, għandhom jiġu mgħallma u jingħataw ħiliet biex ikunu jistgħu jesprimu ħsibijiethom u jwasslu leħinhom. Permezz ta’ dawn is-sezzjonijiet l-istudenti ngħataw l-opportunità li jipprattikaw il-lingwa Ingliża u jitkellmu, jiddibattu u jaqsmu l-ideat dwar diversi suġġetti.
Dawn is-sezzjonijet ingħataw minn persuni kwalifikati b’degrees, masters u dottorati fil-lingwa Ingliża. L-iskop hu li t-tfal jitrawmu f’ambjenti komdi ta’ konversazzjonijiet fil-pubbliku quddiem udjenzi li mhux dejjem ikunu familjari magħhom. Dan ikompli jgħaqqad mad-diversi inizjattivi li qed jieħu l-Ministeru għal Għawdex biex irawwem sens ta’ ċittadinanza attiva fejn permezz tal-kumitatreġjonali tat-tfal qed joħorġu ħafna suġġerimenti u ideat li mbagħad il-Ministeru għalGħawdex ikun jistà jimplimenta biex tassew ikollna soċjetà li tisma’, li tifhem u li taġixxi.