It-temperaturi matul tmiem il-ġimgħa mistennija li jgħolew għal 29 grad Celsius, dan kawża tal-livelli ta’ umdità, id-direzzjoni tar-riħ u kif ukoll it-temperatura baxxa tul il-lejl ta’ 19-il grad Celsius. Dan skont rapport fuq FirstMalta.com.
Dawn it-temperaturi se jkunu qed jippersistu sat-Tlieta, 13 ta’ Ġunju, filwaqt li l-Erbgħa u l-Ħamis it-temperatura mistennija tgħola iktar sa 30 grad celsius. Se tkun qed tinħass 32 grad Celsius.
Is-sħana li se tkun qed taħkem il-gżejjer Maltin u Għawdxin tul din il-ġimgħa hi kkawżata minn tip ta’ temp magħruf bħala African Anticyclone.
Din is-sistema se tkun qed iġġib magħha pressjoni għolja fuq il-gżejjer Maltin, li se jikkawżaw temp ta’ sħana għall-jiem li ġejjin.
Importanti li f’temp sħun wieħed għandu jżomm lilu nnifsu idrat billi jixrob l-ilma, kif ukoll kull min għandu xi pet bħala membru tal-familja importanti li ma jitħalliex f’xemx diretta u jkollu ilma nadif.