Il-kantanta ta’ fama internazzjonali Aretha Franklin hija marida serjament, skont sors viċin tagħha li tkellem ma’ siti tal-aħbarijiet ta’ Hollywood.
L-hekk imsejħa reġina tal-mużika soul, li għandha 76 sena, ikkanċellat diversi kunċerti li kienu ppjanati għal din is-sena minħabba raġunijiet ta’ saħħa, u ntqal li ġiet mogħtija ordnijiet biex tistrieħ.
Bħalissa qed tingħata l-kura fi sptar f’Detroit, u hija mdawwra bi qrabatha.
Sorsi viċin tal-kantanta qalu ma’ diversi siti li segwaċi tagħha għandhom ‘ilestu ruħhom’ għaliex saħħitha sejra lura.
Source close to Aretha and a longtime friend tells TMZ he was told a week ago, “Prepare yourself, she’s dying.” The source adds Aretha was down to 86 pounds and her health was failing. The source says 2 weeks ago everyone in Aretha’s circle was told “she could go any time.”
— TMZ (@TMZ) August 13, 2018
Sena ilu, Franklin qalet li kienet bi ħsiebha tirtira mix-xena mużikali fiż-żmien li ġej.
Aretha Franklin hija magħrufa għal diversi kanzunetti tal-ġeneru soul, bħal A Natural Woman, Respect, u I Say a Little Prayer.