Fil-jiem li ġejjin, b’mod partikolari fi tmiem il-ġimgħa, it-temp mistenni jiksaħ bix-xita taħkem il-gżejjer hekk kif il-ksieħ minn fuq il-Balkani mistenni jiġi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran.Is-sit tat-tbassir tat-temp FirstMalta spjega kif l-ammont ta’ xita mistenni matul il-jum tas-Sibt se jkun ikkawżat mill-istess front kiesaħ li se jkun qed jikkontrassta mat-temperaturi tal-baħar Mediterran li għadu pjuttost sħun, dan il-kunflitt mistenni joħloq instabbiltà fuq il-gżejjer Maltin u jiżdied iċ-ċans ta’ perjodi ta’ xita, possibbilment bir-ragħad, bejn il-Ġimgħa filgħaxija u l-ġurnata tal-Ħadd.
Ir-riħ matul il-jum tal-Ġimgħa mistenni jilħaqna mix-Xlokk il-Lvant Forza 2 – 3 li jitqawwa sa Forza 4 iktar tard, Is-Sibt jilħaqna mill-Lvant Forza 4 – 5, filwaqt li l-Ħadd idur Grieg it-tramuntana Forza 4 – 5 u wara Punent Majjistru Forza 5 – 6 sa filgħaxija.
Il-buffuri tar-riħ f’xi ħin jistgħu ikunu qawwija speċjalment waqt il-maltemp.