Wara sajf b’xemx taqli l-ankri, bosta bdew jistennew li jieħdu r-ruħ u tagħmel ftit xita.
Kien proprju fi tmiem ix-xahar ta’ Awwissu li hekk kif kien imbassar minn ġimgħat qabel it-temp wera minn filgħodu.
Skond rapporti tat-temp fuq is-sit tal-Ajruport ta’ Malta jidher li hemm firxa ta’ pressjoni għolja li qed testendi fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran. Din jaf tikkawża ħalbiet iżolati tax-xita madwar il-gżejjer Maltin bit-temp mistenni jkun imsaħħab matul il-jum.
Ir-riħ mistenni jkun ħafif u varjabbli bit-temperatura tal-baħar 27 grad celsius.
Minkejja li se tagħmel ix-xita, it-temperatura xorta se tkun waħda sħuna dik ta’ 31 grad celsius. bl-inqas temperatura mistennija tkun 24 grad celsius.