Ħamest’ijiem ta’ sħana kbira ġejjin fuqna. Esperti meterjoloġiċi jemmnu li r-riħ mix-Xlokk se jkun fl-aqwa tiegħu għada. Sħana kbira ġejja mill-Afrika ta’ Fuq, iżda minbarra li t-temp se jkun sħun minnu, l-intensità tar-riħ u l-umdità se jwasslu biex it-temperatura tinħass ogħla.
Ir-riħ se jikkawża arja li donnha ġġib magħha t-trab – arja xotta li tħallik bla nifs. Fil-bqija tal-Ewropa, mistenni temp pjuttost kiesaħ u bix-xita.
L-iktar lejn sħun mistenni jkun bejn nhar il-Ġimgħa u nhar is-Sibt li ġej. L-indiċi tar-raġġi UV se jlaħħqu 11 – meqjus livell estrem.
F’din il-grafika minn First Malta, il-parti l-vjola, li tindika l-aktar sħana, hija fejn tinsab Malta.
It-temp skont l-uffiċju meterjoloġiku ta’ Malta se jkun kif jidher hawn