Mistennija temperaturi iktar friski minn nhar it-Tlieta 7 ta’ Novembru. Dan skont rapport li deher fuq First Malta.
Il-mappa t’hawn taħt turi t-temperaturi li mistennija jilħqu l-Ewropa u ċ-ċentru tal-Mediterran għall-ġimgħa d-dieħla. Dawn jindikaw li front ta’ arja kiesħa mistennija jersaq lejn pajjiżna. Huwa joriġina mit-Tramuntana tal-Ewropa mistenni litteralment joħnoq is-sħana li kien hawn fuq il-Mediterran fl-aħħar ġimgħat u se jbaxxi t-temperaturi għal bejn 17C – 19C (l-ogħla) matul il-ġurnata u 14C – 16C (matul il-lejl).
Dan il-front ta’ arja kiesħa li mistenni jinżel f’daqqa, mistenni jilħaq lill-gżejjer Maltin minn nhar it-Tlieta. Jidher li se nkunu qed ninnotaw id-differenza tat-temp f’daqqa, u lejn l-aħħar tal-ġimgħa se jkun qed jinħoloq ammont ta’ maltemp fuq il-Mediterran li jista’ jilħaq lil gżejjer Maltin.