Illum jidher li twieled Tork, iżda mill-ġimgħa d-dieħla, it-temperaturi f’Malta se jinżlu taħt l-20°C matul il-jum, u taħt il-15°C mal-lejl.
Dan ikkonfermah is-sit tat-tbassir tat-temp FirstMalta.com, li spjega kif dan se jkun riżultat ta’ front kiesaħ mill-Ewropa ta’ Fuq li se jibda’ nieżel lejn ir-reġjun Mediterranju.
Is-sit żied jispjega kif skont statistika, l-ogħla temperatura f’Novembru normalment tilħaq l-20.7°C , filwaqt li f’Diċembru, it-temperatura matul il-ġurnata tilħaq medja ta’ 17.1°C.