L-istilel li llejla se joffru spettaklu waqt l-Isle of MTV jinsabu preżenti waqt konferenza tal-aħbarijiet f’lukanda ewlenija fil-Floriana.
Hawn il-kantanti qed jiddeskrivu l-istil tagħhom u jgħidu dwar l-esperjenza tagħhom s’issa hawn Malta. Il-mużiċista Grace mill-grupp Clean Bandit spjegat li għandhom stil partikolari u mod li bih iħalltu l-akustiku mal-ħsejjes electtroniċi. Spjegat li l-bieraħ għamlu sound check hawn Malta u għandha ħeġġa biex tagħti wirja llum. Mistoqsija dwar wieħed mill-artisti favoriti tagħha, wieġbet li dan huwa Labyrinth. Qalet ukoll li l-grupp ħadem ta’ Elton John u tqisu ta’ inspirazzjoni kbira.


Il-kantanta żagħżugħ Jess Glynne qalet li tqis lil Amy Winehouse u Beyonce bħala ispirazzjoni u tixtieq taħdem ħafna ma’ Beyonce. Stqarret li mistoqsija li vera tiddejjaq li jistaqsuha hija: where would you rather be? Qalet li din id-domanda jkollha tweġibha ħafna minħabba l-kanzunetta ‘Rather Be’ li kantat ma’ Clean Bandit.


Tkellem wkoll Steve Aoki, espert fit-twaddib tal-kejkijiet.


Wiz Khalifa, spjega li beda t-tour Ewropew tiegħu din is-sena u għandu sat-tieni ġimgħa ta’ Lulju. Wara, se jaħdem ma’ Snoop Dog.


