Bdew deħlin f’Malta l-ewwel turisti, hekk kif wara tliet xhur illum fetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Ix-xemx wkoll qed tilqa’ b’mod mill-isbaħ li jirrifletti l-istaġun sajfi Malti, lit-turisti f’pajjiżna.
Jidher ukoll li diversi Maltin qed jaqbdu l-ajruplan biex imorru għal btala barra minn pajjiżna.
Kienu ħafna ddeskrivew din il-ġurnata bħala jum storiku għal pajjiżna hekk kif bħal din is-sitwazzjoni l-Ajruport qatt ma ra. L-istabbilimenti, ħwienet, ristoranti, postijiet ta’ ospitalità, mużewijiet fost oħrajn se jkunu qed jerġgħu jaraw lit-turist juża s-servizz tagħhom.
One News bħalissa jinsab propju fl-Ajruport fejn qed isegwi mill-qrib it-tluq u l-inżul ta’ diversi ajruplani.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/07/01/jum-storiku-illum-se-jiftah-l-ajruport-malti-u-l-ewwel-turisti-se-jzuru-pajjizna-1/