Folla kbira tinsab lesta fuq il-Fosos fil-Belt Valletta biex tagħti merħba lill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-aħħar attività ta’ ċelebrazzjoni wara r-rebħa storika.
Il-mass meeting beda għall-ħabta tal-15:00 b’numru mdaqqas ta’ bandisti volontiera taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur David Agius, għall-ħabta tal-17:00 ngħata bidu għall-pre party bl-aqwa mużika u diski li jfakkru l-isbaħ mumenti tal-kampanja elettorali matul ix-xahar ta’ Mejju.
Biex fis-19:00, il-folla tisma’ l-messagg tal-Prim Minsitru Joseph Muscat, li reġà ngħata l-fiduċja assoluta tal-poplu biex jiggverna u jmexxi lil Malta għall-ħames snin li ġejjin.