Il-Ħamis filgħodu tlestiet l-aħħar biċċa tat-triq li ddur max-xatt ta’ San Pawl il-Baħar, Bugibba u l-Qawra. B’ hekk l-unika xogħol li fadal issa huwa li jiġu mmarkati s-sinjali tat-traffiku f’ xi partijiet minnha.
Il-Proġett li nbegħda biss ftit tal-ġimgħat ilhu tlesta fil-ħin dan minkejja d-diversi ntoppi li nstabu fosthom kellhom jinbidlu xi xi servizzi taħt it-triq.
In-negozjanti tal-inħawi jqisu dan il-proġett bħala nifs għalihom hekk kif din it-triq kienet qed tagħti dehra traskurata ta’ dan il-lok turistiku.