Il-bord ta’ inkjesta biex jinvestiga allegazzjonijiet li saru f’artiklu ppubblikat fil-Maltatoday tad-9 ta’ Ottubru 2016 lesta x-xogħol tiegħu.
Stqarrija tal-uffiċċju tal-l-Prim Ministru qalet li lbieraħ irċieva r-Rapport tal-Bord tal-Inkjesta dwar allegazzjonijiet li saru fl-artiklu ppubblikat fil-gazzetta MaltaToday tad-9 ta’ Ottubru 2016, “Money Laundering Investigation was not pursued when Fenech Adami’s name cropped up”.
Minħabba li din l-investigazzjoni tolqot direttament istituzzjonijiet importanti f’pajjiżna, ir-rapport qed jiġi analizzat qabel eventwalment ikun ippubblikat,” qal l-uffiċċju tal-Prim Ministru. Intant, illejla ONE NEWS se jiżvela fatti ġodda b’rabta ma’ dan il-każ.