Il-Bord tad-Diretturi ta’ Allied Newspapers Limited ħabbar li bord maħtur apposta temm jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tad-direttur maniġerjali, Adrian Hillman.
Il-Bord tad-Diretturi kkonferma li rċieva rapport dwar l-investigazzjoni, u qed jeżamina dak li nstab. Permezz ta’ stqarrija ntqal li se tittieħed l-azzjoni kollha xierqa u li se jkun irrapportat lix-shareholders tal-kumpanija fil-laqgħa ġenerali annwali li jmiss.
F’Marzu li għadda Hillman irriżenja minn Direttur Maniġerjali kif ukoll minn Ċermen u Direttur tal-Progress Press Limited. Dan wara allegazzjonijiet li kien imxaħħam, liema allegazzjonijiet huwa ċaħad.