Nhar id-29 ta’ Diċembru se tittella’ t-tielet edizzjoni ta’ “Jump for Life”, fejn dawk li jattendu se jisfidaw il-kesħa u jaqbżu fil-baħar fil-bajja tax-Xlendi.

L-attivitajiet jibdew għall-ħabta ta’ disgħa ta’ filgġodu, bil-qofol jintlaħaq f’nofsinhar meta l-parteċipanti jaqbżu fil-baħar.
L-attivitajiet jinkludi mixja mix-Xlendi sal-irdum magħruf bħala Tas-Sanap, b’attivitajiet bil-kenura u l-qbiż fil-baħar.
Din l-attività tittella mil-Fondazzjoni OASi, li taħdem mill-qrib ma’ persuni vittmi tad-droga. Minbarra hekk, din il-fondazzjoni tgħin lil dawk il-persuni u l-familji tagħhom li ġew affettwati minn abbuż minn sustanzi u vizzji.