Ilbieraħ filgħaxija s-sajjetti, r-ragħad u l-beraq kisru l-ħemda tal-lejl. Kienu bosta dawk li bdew jpoġġu ritratti fuq is-sit soċjali ta’ facebook u filmati tal-maltemp, u li bdew ibassru li matul il-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn se tagħmel dik li nirreferu għaliha bħala l-maltempata ta’ Settembru.
Iżda minkejja dan, niżlet ftit xita li kien hemm min ħa pjaċir biha għax lest għax-Xitwa u biex jitgeddes, iżda kien hemm oħrajn li ma tantx ħadu pjaċir hekk kif il-ftit li għamlet, kienet tal-ħamrija. Jidher li fil-jiem li ġejjin it-temperatura se tibda nieżla u se nibdew naraw aktar sħab. L-uffiċju meterjoloġiku mhux jeskludi li aktar tard illum, tagħmel xi ħalba xita, iżda kif jgħid il-Malti: ‘Xemx u Xita, Alla jaf meta.’
![screen-shot-2016-09-19-at-09-25-31](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/09/Screen-Shot-2016-09-19-at-09.25.31-300x139.png)
It-tbassir tat-temp tal-illum, 19 ta’ Settembru
Ritratt: Rodrick Zerafa