L-edizzjoni ta’ Ħad-Dingli tal-Hudson Race Series ġibdet folla tajba nhar il-Ħadd li ghadda hekk kif nurmu sostanzjali t’atleti ħadu sehem f’waħda mill-aktar tlielaq ta’sfida tas-Serje minħabba li fiha numru ta’tlajja.
It-tiġrija tal-10k rat lil Leon Chetcuti u Mark Herrera jiġru spalla ma’ spalla mill-bidu nett tat-tellieqa, b’Chetcuti jaqbeż lil Herrera fl-aħħar ftit metri biex jirbaħ, b’distakk ta’ sekonda biss Fit-tielet post spiċċa Heathcliff Vella.
It-tiġrija tan-nisa ntrebħet minn Josann Attard Pulis li marret fil-vantaġġ mill-bidu u żammet postha sa’ l-aħħar. Hija kienet segwita minn Jolene Detbattista, li spiċċat fit-tieni post, filwaqt li Caroline Ciappara ħadet it-tielet post.
Brandon Saliba rebaħ it-tiġrija tal-5k. Thurstan Dimech u Stefan Sultana ssieltu għat-tieni post, b’sekonda biss tifred lil Dimech u Sultana. Sultana spiċċa fit-tielet post.
Charyl Fava ħarġet rebbieħa tat-tellieqa ta’ 5 km, hija ħadet il-vantaġġ mill-bidu iżda kellha sfida tajba mingħand Veronika Kersyte. Fit-tielet post spiċċat Norah Zammit li wkoll tat prestazzjoni tajba.
Il-premjijiet u trofej ingħataw lir-rebbieħa mid-Direttur tat-Tellieqa Charlie Demanuele, li feraħ lir-rebbieħa. Demanuele kompla billi rringrazzja lill-atleti tal-preżenza kontinwa tagħhom kif ukoll lil Hudson Holdings għall-appoġġ kontinwu li jipprovdu.
L-organizzaturi jirringrazzjaw ukoll lill-Kunsilli Lokali ta’ Ħad-Dingli u tar-Rabat, lill-Pulizija tad-Distrett tar-Rabat, lil Transport Malta, lit-timijiet mediċi u lill-uffiċjali tat-tellieqa għall-kontribut tagħhom lejn din it-tellieqa.
It-tiġrija li jmiss tal-Hudson Race Series se ssir il-Ħadd 1 ta’ Settembru f’Burmarrad.