Waqt il-programm Pjazza fuq ONE, Leo Brincat ħabbar li se jkun qed jirriżenja mill-Parlament tul il-jum ta’ għada biex minn nhar it-Tnejn isib postu fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
“Dak ifisser li se jkolli inqas ħin biex nipprepara,” qal Brincat li rriżenja tiegħu tiftaħ proċess ta’ by election fuq id-disa’ distrett.
“Kien ta’ sodisfazzjoni kbir li diġa’ avviċinawni awdituri ta’ pajjiżi oħra li offrewli l-għajnuna,” qal Brincat li żvela kif il-President tal-Parlament Ewropew il-ġdid talbu wkoll laqgħa nhar it-Tlieta.