Imwieled Bormla fl-1949, Leo Brincat jibqa’ magħruf għall-kontribut tiegħu fil-qasam politiku.
Brincat ikkwalifika bħala Associate taċ-Chairperson Institute of Bankers f’Londra u kien ukoll elett Fellow fi ħdan din l-istess entita’.
Ikkontesta għall-ewwel darba fl-Elezzjoni Ġenerali li saret fl-1976 u ġie elett Membru Parlamentari fl-1982, fejn żamm is-siġġu parlamentari tiegħu sas-sena 2016. Fl-1986, inħatar Segretarju Parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn kellu r-responsabbilta’ talQasam tad-Djar u l-Informazzjoni. Fl-1996 inħatar Ministru għall-Kummerċ filwaqt li bejn l-1997 u l-1998 kien respondabbli mill-Finanzi u l-Kummerċ. Bejn l-2013 u l-2016, Brincat serva bħala Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima.
Brincat huwa wieħed mill-membri funfaturi tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi fejn serva wkoll bħala Chairperson. Kien ukoll Chairperson tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, kif ukoll membru tal-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Mill-2016 lil hawn, Brincat beda jservi bħala membru tal-European Court of Auditors, Chamber V – Financing and Administering the Union (Revenue).
Taħt it-tmexxija ta’ Leo Brincat daħlu fis-seħħ bosta liġijiet kruċjali fosthom, il-liġi li wasslet għat-twaqqif tal-Awtorita’ għall-Ambjent u r-Riżorsi, ġie stabbilit l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li jwieġeb lill-Parlament, kif ukoll daħlu l-ewwel mekkaniżmu legali marbut mat-tibdil fil-klima. Matul il-karriera politika tiegħu, Brincat kien ukoll analista politiku u kontribut regolati fl-istampa lokali.