Leo Brincat illum ħa l-ġurament bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea, bis-saħħa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Huwa nħatar wara li ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’seduta formali li tlaqqgħet apposta fil-Lussemburgu.
Wara li l-President tal-Qorti tal-Ġustizzja qara d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew sar diskors tal-okkażjoni mill-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Fl-istess laqgħa ħa il-ġurament ukoll il-membru ġdid nominat mill-Portugal. Hija drawwa li l-ġurament jittieħed ġimgħat wara li l-Membri tal-Qorti jkunu bdew jaqdu dmirijiethom fil-Qorti, hekk kif Leo Brincat beda l-ħidma tiegħu fl-1 ta’ Ottubru.