Qiegħed ikun irrapportat li s-smigħ ta’ Leo Brincat quddiem il-kumitat tal-baġit tal-Parlament Ewropew mistenni jsir f’Settembru.
Brincat huwa n-nominat Malti għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri u kellu jkun skrutinizzat minn kumitat parlamentari nhar it-Tnejn li għadda.
Iżda, minħabba d-deċiżjoni tal-poplu Brittaniku tħassru l-kumitati kollha biex saru sessjonijiet speċjali tal-Parlament Ewropew. Għalhekk is-smigħ ta’ Brincat kien pospost.
Issa qed jirriżulta li kien pospost ferm iktar milli mistenni bl-ewwel sessjoni, dik tal-kumitat, mistenni jsir iktar minn xahrejn oħra. Biex wara jkun jonqos l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew f’sessjoni plenarja u tal-Kunsill Ewropew.
Dan ifisser li sa dakinhar irid ikun estiż il-mandat ta’ Louis Galea, li jservi fuq din il-qorti fil-preżent.