Il-Membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Leo Brincat, ġie nkarigat b’żewġ proġetti importanti fuq livell Ewropew.
L-ewwel kariga hija dik ta’ Awditur fuq is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, biex fost oħrajn jiġi vvalutat jekk dan huwiex mgħammar biżżejjed biex jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-Koerenza tal-Politika Esterna u Sigurtà Komuni.
Inkarigu ieħor huwa dwar il-koperazzjoni transfruntiera biex jiġi vvalutat jekk il-programmi ta’ koperazzjoni bejn il-fruntieri tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat kinux effettivi biex isaħħu l-koperazzjoni territorjali tal-fruntieri esterni kollha tal-Unjoni Ewropea.