L-għada tat-traġedja li ħasdet il-ħajja ta’ Manwel Grech waqt li kien qiegħed jgħin lil ibnu fit-tqegħid tal-madum, Dennisha Spiteri kitbet li Manwel kien salvalha ħajjitha meta kienet għadha tifla.
Fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, Dennisha tat ħajr lil Leli li kien salvalha ħajjitha fi ċkunitha. Qalet li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar tinduna kemm m’aħna xejn.
Dan il-messaġġ wassal ukoll għar-reazzjoni ta’ Matthew, iben Leli li rah imut quddiem għajnejh.
Matthew kiteb għadu ma jistax jemmen li missieru tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol.
“Ara kemm kont qalbet kbira missier. Salvajt ħajja ta’ tifla u jien ma stajt nagħmel xejn biex insalvak ħlief li ngħannqek u nbusek”, kiteb Matthew.
Huwa temm jgħid li missieru kien eroj kbir, bniedem li dejjem ħadem għall-familja biex jaraha tgħix kuntenta.