F’pajjiżna llum qed tittella’ l-Laqgħa Annwali tal-Presidenti u Segretarji Ġenerali tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Unjoni Ewropea u tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali. Dan qed isir qabel mal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE tasal fi tmiemha.
Is-suġġett magħżul għal din is-sena huwa suġġett ta’ sfida biex ikun diskuss. Dan huwa “Towards a fair and inclusive labour market in the context of intra-eu mobility”.
John Bencini, Chairman tal-MCESD saħaq fuq l-importanza ta’ approċċ li jagħti appoġġ effettiv lill-ħaddiema u fuq is-sistema ta’ making work pay. Sostna li l-ekonomija moderna qatt m’hi se tieqaf u ma rridux ngħumu f’direzzjoni kontriha. Tenna li rridu nkomplu nħarsu l-kompettitività u welfare bħala żewġ aspetti li jimxu id f’id. Kompetizzjoni ġusta li għandha tkun assigurata wkoll.