Fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid beda x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tal-latrina fi Triq il-Foss.
Dan wara li l-Gvern ħabbar proġett ta’ riġenerazzjoni għal din il-pjazza, li biex mhux biss jitjieb l-ambjent iżda titjieb l-esperjenza ta’ min imur jixtri miz-zona. Pjazza Antoine de Paul hija waħda mimlija attività kummerċjali, u l-għan hu li jiżdied l-ispazju miftuħ għan-nies. Il-proġett mistenni jiġi jiswa €3 miljuni u huwa ppjanat li jitlesta sa tmiem din il-leġiżlatura.