Għal snin twal, id-DJs Maltin kienu ddiskriminati f’dak li għandu x’jaqsam il-permessi għal avvenimenti f’postijiet mhux liċenzjati.
Diskriminazzjoni li bdiet tkun indirizzata f’dawn l-aħħar xhur, b’Joven Grech ikun il-persuna li mexxa ‘l quddiem din l-aġenda u tefa’ iktar dawl fuq l-inġustizzja.