Il-proġett tal-enerġija wasal fl-aħħar fazi tiegħu, biex minflok power station li taħdem bl-iktar żejt li jniġġeż, il-heavy fuel oil, dalwaqt tibda taħdem waħda bil-gass naturali li huwa l-aktar nadif.
Bħala parti mill-proġett il-kumpanija Bumi Armada, se tkun qed tipprovdi t-tanker Armada LNG Mediterrana li se jaħżen il-likwidu tal-gass.
It-tanker mistenni jsalpa lejn Malta nhar it-Tnejn fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jassisti għaċ-ċerimonja tat-tluq.
It-tanker mistenni li jasal Malta f’Settembru li ġej fejn imbagħad isiru l-ewwel testijiet fuq il-power station il-ġdida.
Fuq ONE RADIO l-Prim Ministru qal li dan it-tanker sar mill-kumpanija privata. It-tanker kien jissupplixxi fuel u f’Singapore saret il-konverżjoni biex jintuża għall-ħażna tal-likwidu tal-gass naturali. Il-kumpanija Bumi Armada se tkun qed tassigura l-livelli ta’ sigurta’ u li jinżammu l-ogħla standards.It-tanker se jkun ankrat f’M’xlokk għal ftit ta’zmien sakemm il-gvern jaħdem fuq pipeline tal-gass.
F’din l-intervista, l-Prim Ministru nnota l-inkonsistenza tal-kap nazzjonalista li huwa kontra l-proġett tal-enerġija u favur l-espansjoni tal-freeport.