Is-46 edizzjoni tal-festival popolari ”L-Għanja tal-Poplu” se tittella’ fi Pjazza Teatru Rjal nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju 2022 bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt it-tmexxija ta’ Mro Paul Abela.
Il-kanzunetti se jintlaqgħu online bejn il-Ġimgħa 25 ta’ Frar u l-Ġimgħa 18 ta’ Marzu 2022 u l-finalisti jitħabbru sal-24 ta’ April. L-awturi, kompożituri, gruppi u kantawturi u kantanti tal-kanzunetta Maltija mistiedna jipparteċipaw f’dan il-festival tagħna l-Maltin.
Ir-regolamenti tal-festival flimkien ma’ dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-festival jinsabu ppublikati fis-sit http://www.ghanjatalpoplu.org/regolamenti-2022 .
L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. L-aħħar edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu ntrebħet minn Sean Borg bil-kanzunetta ”Fuq l-ixkaffa”