F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l Ugwaljanza, Helena Dalli tat rendikont tax-xogħol li sar mill-Ministeru li tmexxi, dan fl-ewwel mitt jum ta’ din il-leġsilatur.
Fejn l-akbar waħda tkun dik tal-liġi taż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess u anke l-X Marker fuq id dokumenti tal-identità.
Hija qalet ukoll li beda x-xogħol sabiex jinħoloq Kunsill Konsultattiv dwar in-nisa, l-istrateġija tal-integrazzjoni u t tisħiħ tal-liġi tal-vjolenza abbażi ta’ ġeneru.
L-istrateġija tal-integrazzjoni se tkun lesta sal-aħħar tas sena filwaqt li se ssir liġi tal-ugwaljanza bil-Kummissarju responsabbli mill-Ugwaljanza jkun jaqa’ direttament taħt il-Parlament.