Il-Kummissjoni Ewropea preżentat proposti għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil billi tinħoloq sistema aktar ġusta, aktar effiċjenti u aktar sostenibbli għat-tqassim tal-applikazzjonijiet għall-ażil fost l-Istati Membri.
Il-prinċipju bażiku se jibqa’ l-istess – dawk li qed ifittxu ażil għandhom, sakemm ma jkollhomx qraba xi mkien ieħor, japplikaw għall-ażil fl-ewwel pajjiż fejn jidħlu. Imma mekkaniżmu ġdid għal tqassim ġust għandu l-għan li jiżgura li l-ebda Stat Membru jitħalla bi pressjoni sproporzjonata fuq is-sistema tiegħu ta’ ażil.
U min ma jaċċettax li jerfa’ l-parti tiegħu jista’ jkun immultat multi kbar. Saħansitra qed jingħad li min jirrifjuta se jkollu jħallas kwart ta’ miljun ewro għal kull immigrant minn pajjiż ieħor li ma jaċċetax. “M’hemm fejn iddur,” qal il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans. “Meta pajjiż ikun taħt pressjoni għandu jkun mgħejjun kompla jisħaq,” il-Viċi-President.