Bil-għan li f’ Malta jkunu identifikati u rrakomandati iktar siti potenzjali ta’ wirt ġeoloġiku, ambjentali, storiku u kulturali kemm biex ikunu inklużi għall-UNESCO Geoparks Network globali, u kif ukoll bħala siti ta’ wirt Storiku Dinji, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, waqqaf Kumitat.
Dan għandu l-għan li jesplora territorji jew parks naturali li għandhom il-karatteristiċi meħtieġa għal dawn it-titli.
Il-Kumitat, li hu appuntat għal tlett snin, se jitmexxa mill-Professur Henry Frendo bħala Chairman. Frendo, li jokkupa wkoll l-irwol ta’ Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Malti għall-UNESCO, stqarr li huwa fiduċjuż li f’ pajjiżna hawn dawn it-tip ta’ żoni.