Il-Ministeru tas-Saħħa u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija se jkunu qed jiltaqgħu fuq livell tekniku biex iħħeju pjan li jwassal biex jidħlu jaħdmu konsulenti ġodda f’Mater Dei.
Dan bil-għan li jkomplu jonqsu l-listi ta’ stennija f’għadd ta’ setturi. Il-ħsieb hu li jkun hemm pjan biex ir-riżultati miksuba sa issa ikunu mifruxa ma’ Mater Dei kollu. Id-diskussjonijiet li se jsiru iktar tard din il-ġimgħa għandhom ukoll l-għan li jiddiskutu kwistjonijiet pendenti u li jindirizzaw ħtiġijiet tal-pazjenti.