Se jsiru sforzi bejn il-Pulizija madwar l-Ewropa sabiex nhar l-Erbgħa li ġej, tkun ġurnata li fija ,a jsirux imwiet fuq it-toroq ewropej.
Dan hekk kif sfortunatament għadd ta’ persuni kuljum imutu permezz ta’ incident tat-traffiku fit-toroq ewropew.
Din l-inizjattiva qed issir bħala parti minn Project Edward li hu pjan ħolistiku ewropew biex jitnaqqsu l-imwiet fit-toroq u li ġie mniedi fis-sena elfejn u sittax mit-TIPSOL – l-għaqda ewropeja tal-Pulizija tat-Traffiku.
Dwar din l-inizjattiva tkellimna mall-Ispettur Sergio Pisani r-rappreżentant Malti f’din l-għaqda.Pisani spjega li “Nhar id-19 ta’ Settembru li ġej se tibqa’ mmarkata bħala The Day in Europe withourt Deaths magħrufa aktar bħala Project Edward fejn l-għan hu li dakinhar nippruvaw ma ssir l-ebda mewta f’inċidenti fit-toroq Ewropej.”
It-total ta’ mwiet fuq it-toroq Ewropej is-sena l-oħra kien ta’ ħamsa u għoxrin elf u tlett mitt persuna, tnejn fil-mija anqas mis-sena ta’ qabel.
Pisani qal li “It-toroq Ewropej huma ta’ livell għoli ta’ sigurtà filfatt għal kull miljun persuna imutu 29 persuna filwaqt li fit-toroq mhux Ewropej imutu 174 persuna kull miljun persuna.”
L-Ispettur Pisani qal kif il-Pulizija biss toħroġ mat-tlettin elf ċitazzjoni kull sena fuq diversi kontravenzjonijiet bl-aktar popolari jibqgħu dawk il-ħamsa li jistgħu jikkawżaw l-imwiet.
Fost dawn hemm veloċita eċċessiva, l-użu tal-mobiles, sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, sewqan mingħajr ċinturin tas-sigurta u li wieħed joħroġ minn fuq id-dawl aħmar.
Qal li “Jaħsbu lill ftit sewqan min-naħa tagħkom jista’ jwassal għal ħafna tnaqqis ta’ uġigħ u problemi, Għalkemm il-Gvern qed jagħmel investiment tajjeb fit-toroq biex jitjiebu aħna nagħmlu l-almu tagħna biex ma jsirx sewqan b’veloċità eċċessiva u abbużi oħra fit-toroq”